Jidhirli li kien matul
dan ix-xahar li ġie jinterrogani għall-ewwel darba Rev Dr. Formigão. L-interrogazzjoni tiegħu kienet serja u
bir-reqqa. Għoġobni ħafna, għax kellimni
ħafna dwar il-prattika tal-virtù, u għallimni diversi modi kif nitħarreġ
fiha. Hu wrieni santa ta’ Sant Anjeże,
qalli dwar il-martirju tagħha u ħeġġiġni biex nimitaha. Ir-Reverenza Tiegħu baqa’ jiġi kull xahar
biex jinterrogani, u dejjem kien jispiċċa billi jagħtini xi parir tajjeb, li
kellu jgħinni spiritwalment. Jum wieħed
qalli:
“Binti, int għandek
tħobbu ħafna lill-Mulej Tagħna, għal dawk il-favuri u l-grazzji kollha li qed
jagħtik.”
Dawn il-kliem tant
kellhom effett fuq ruħi li, minn hemm il-quddiem, ksibt id-drawwa li l-ħin
kollu ngħid lill-Mulej tagħna: “Alla tiegħi, inħobbok, b’radd il-ħajr
tal-grazzji li tajtni." Tant kont
inħobb din il-ġakulatorja, li għaddejtha lil Ġaċinta u lil ħuha, u li tant
għoġbithom li, f’nofs il-logħob l-iktar eċitanti, Ġaċinta kienet tistaqsi:
“Mela nsejt tgħid lill-Mulej tagħna kemm tħobbu għall-grazzji li tana?”
No comments:
Post a Comment