Id-Dehriet ta’ Fatima kollha seħħew fit- 1 3 tax- xahar - Alla wieħed fi tlett persuni distinti

Patri Jeremias Carlos Vechina O.C.D, il-konfessur ta’ Swor Luċia kien ordnalha “taħt ubbidjenza” biex tikteb: “Kif jien issa nara l-messaġġ mal-medda taż-żmien u fid-dawl tal-ġrajjiet”. Dan hu ġabra tal-ispiritwalità matura tagħha, ħsiebha għal kollox f’Alla, b’fidi li ma tiċċaqlaqx u li tħalliha dejjem miftuħa għat-tama, wkoll meta bl-għajnejn tal-bnedmin tidher impossibbli.

Filwaqt li Swor Luċija mmaturat, il-ħajja spiritwali tagħha saret dejjem iżjed sempliċi, ċċentrata għal kollox fuq l-imħabba.

Hi kienet tħobb tirrepeti it-talba li għallimha l-Anġlu, li: “kienet għalija ħolqa kbira fl-għaqda tiegħi ma’ Alla, ħolqa li tħaddanni, żżommni, u mnaqqxa f’qalbi b’mod li ma titħassarx: “Trinità Qaddisa, Alla wieħed veru, li fik nemmen, fiK nittama; naduraK u nħobboK; ilqa’ l-imħabba tiegħi u l-adorazzjoni umli tiegħi.”



Hija tirrifletti wkoll dwar id-data tad-dehriet, u tikteb:
"Għaliex Alla kellu jagħżel it- 13 tax-xahar għal din il-ġrajja? Jien ma nafx, iżda minn dak il-ħin il-quddiem waqt il-meditazzjonijiet tiegħi, ħsibt ħafna dwar dan id-dettal u staqsejt lili nnifsi: x’seta’ jfisser li għażel it-13 tax-xahar? Mingħajr ma kont naf it-tweġiba, darba waħda sibt lili nnifsi naħseb: Jista’ jkun li tfisser il-misteru tal-Iżjed Imqaddsa Trinita? “Alla wieħed fi tlett persuni distinti, Missier, Iben u Spirtu s-Santu”? U jien sikwit kont nimmedita fuq din il-fehma: Alla wieħed, tlett Persuni distinti, Missier, Iben u Spirtu s-Santu. Hi din it-tifsira li Alla ried jwassal? Jien ma nafx, iżda għalija din kienet qisha r-rifless ta’ dawl ġdid."

No comments:

Post a Comment