Mill-kliem kollu li ntqalu waqt did-dehra tat-13 ta' Ottubru 1917, dawk li l-aktar baqgħu stampati f’qalb Luċija kienu dawk tat-talba li għamlitilhom l-Omm tagħna tas-sema: “Toffendux iżjed lill-Mulej Alla tagħna, għax hu diġa offiż ħafna!”
X’tnehida ta’ mħabba, x’talba tenera! Min se jġgħiel lil din it-talba tidwi fid-dinja kollha, sabiex l-ulied kollha tal-Omm tagħna tas-Sema jisimgħu l-leħen tagħha!
Dak in-nhar, Luċija għaddiet il-ħin ta’ wara nofs in-nhar mal-kuġini tagħha. Huma kienu qishom xi ħlejjaq rari li l-folol riedu jaraw u josservaw. Sakemm daħal il-lejl, Luċija kienet diġa mifnija, wara dawk il-mistoqsijiet u l-nterrogazzjonijiet kollha. Dawn lanqas biss ma waqfu ma’ nżul ix-xemx. Ħafna nies, li ma setgħux jistaqsuha, baqgħu sa l-għada fil-għodu, jistennew li jmisshom huma. Xi wħud minnhom ippruvaw ukoll ikellmuhom dak il-lejl, iżda, Luċija, mgħeluba mill-għejja, niżlet u raqdet fl-art. Għall-grazzja t’Alla, r-rispett uman u l-imħabba tagħha nfisha, dak iż-żmien, Luċija kienet għadha ma tafx x’inhuma. Għal dir-raġuni, Luċija kienet komda ma kwalunkwe persuna, daqs li kieku kienet qed titkellem mal-ġenituri tagħha.
Dwar dak il-jum, Luċija baqgħet tiftakar sew li hi waslet id-dar mingħajr id-dublett bil-pjiegi li kienet liebsa sa qaddha. Baqgħet tiftakar sew ukoll li ommha kienet imbaqbqa ħafna meta rat li Luċija kellha inqas xagħar f’rasha minn Franġisku. Min serqilha l-pjiegi? Qalb dik ir-rassa kollha ta’ ġemgħa bħal dik ma kienx hemm nuqqas ta’ mqassijiet jew idejn ħalliela. Kien faċli biżżejjed li titlef il-maktur tagħha, ukoll jekk fil-fatt ma nsteraqx. Diġa, fix-xahrejn ta’ qabel, ħafna mill-pjiegi tagħha kienu mqassqsin barra! Xejn ma kellha tagħha, għalhekk ma għamlilhiex dfifferenza! Kollox hu ta’ Alla. Ħalli jagħmel Hu kif jogħġbu.
Wara t-13 ta’ Ottubru, Franġisku qal lil Luċija: “Ħadt pjaċir nara lil-Mulej tagħna, iżda l-iżjed li ħadt pjaċir naraH f’dak id-dawl fejn aħna konna miegħU wkoll. Issa ma jdumx ma l-Mulej tagħna jeħodni ħdejH. U mbagħad jien inkun nista’ nħares lejH għal dejjem.
No comments:
Post a Comment