Il-messaġġ ta’ Fatima huwa stedina biex noffru kontinwament lil Alla: -
- Talb, Sagrifiċċji, u Qima lejn l-Ewkaristija.
Stedina lill-midinbin biex: -
- ma jibqgħux joffendu ’l Alla,
- ifittxu l-maħfra għall-dnubiethom, u
- jirranġaw ħajjithom, kif għamel l-iben il-ħali tal-Vanġelu;
Stedina lit-tajbin biex: -
- jitolbu ħafna, u
- jagħmlu sagrifiċċji għall-midinbin sabiex dawn ma jmorrux isoffru d-dannazzjoni eterna fl-infern.
Kulħadd huwa mitlub mill-Madonna biex: -
- jgħid ir-Rużarju, kuljum,
- jkollu devozzjoni lejn il-Qalb Bla Tebg]a tagħha,
- Jitqarben bi Tpattija għall-Qalb Bla Tebgħa tagħha fl-Ewwel Sibt tax-Xahar.
Il-Kliem stess ta’ l-Omm Qaddisa tagħna jiżgurawlna l-paċi u l-ferħ għad-dinja kollha, jekk in-nies jagħmlu dak li talbet il-Madonna, meta dehret f’Fatima fl-1917.
No comments:
Post a Comment