L-EWWEL SIBTIJIET TAX-XAHAR




Meta Luċija kienet postulanta mas-Sorijiet ta’ Santa Dorotea fil-kunvent ta’ Pontevedra fi Spanja, dehritilha il-Madonna fl-10 ta’ Diċembru 1925.

Il-Verġni Imqaddsa dehret lil Luċija, u maġenbha, merfugħ fuq sħaba mdawwla, kien hemm tfajjel.  Il-Verġni Imqaddsa serrħet idha fuq spallet Luċija, filwaqt li wrietha qalb imdawwra bix-xewk, li kienet iżżomm f’idha l-oħra.  Fl-istess waqt, it-Tfajjel qal:
Aqsam it-tbatija mal-Qalb ta’ l-Omm imqaddsa tiegħek, miksija bix-xewk, li bihom in-nies ingrati jinfduha kull waqt, u m’hemm ħadd li jagħmel xi att ta’ tpattija biex ineħħihom.”


Imbagħad il-Verġni imqaddsa qalet: “Ħares, binti, lejn Qalbi, imdawwra bix-xewk li bihom in-nies ingrati jinfduni kull waqt bid-dagħa u l-ingratitudni tagħhom.  Int għallinqas ipprova farraġni u għid li jiena nwiegħed li ngħin, waqt is-siegħa tal-mewt, bil-grazzji meħtieġa għas-salvazzjoni, lil dawk kollha li, bil-fehma li jagħmlu tpattija għalija, fl-EWWEL SIBT ta’ ħames xhur wara xulxin,
*                IQERRU,
*               JITQARRBNU,
*               jgħidu ħames posti tar-RUŻARJU, u
*               joqgħodu miegħi għal ħmistax il-minuta filwaqt li JIMMEDITAW il-ħmistax il-MISTERU TAR-RUŻARJU.”



No comments:

Post a Comment