L-Oriġini tal-Proġett
L-idea li tinbena knisja fis-Santwarju ta’ Fatima bdiet fl-1973. Dak iż-żmien, kien diġa jinħass il-bżonn ta’ post imsaqqaf ikbar, għaliex il-Bażilka tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Fatima , kkonsagrata fl-1953, ma kienetx tesgħa l-pellegrini kollha, speċjalment nhar ta’ Ħadd u fiċ-ċelebrazzjonijiet speċjali.
Fil-programm pastorali tal-1974 miktub mir-Rettur, huwa ppropona li jinbena Spazju Kbir Imsaqqaf għal-Laqgħat. Iżda, kien biss fis-sena 1996 li ġew \viluppati l-pjanijiet għall-bini tiegħu.
Fl-1997, is-Santwarju organizza konkors internazzjonali. Fid-19 ta’ Diċembru 1998, ġurija internazzjonali għażlet il-proġett ta’ perit Grieg, Alexandros Tombazis. Dan il-perit fassal il-bini ta’ knisja ġdida fit-tarf tal-ispjanata tal-Bażilka, flok il-Pjazza Piju XII.
Wara li l-Isqof tad-Djoċesi ta’ Leiria-Fatima, D. Serafim de Sousa Ferreira e Silva approva l-pro[ett, il bini beda fi Farar 2004. It-tqegħid tal-ewwel ġebla sar fis-6 ta’ Ġunju 2004, matul iċ-ċelebrazzjoni tas-Solennità tal-Iżjed Imqaddsa Trinità.
Bir-ra[un li l-knisja kienet iddedikata lit-Trinità Qaddisa:
- matul id-dehriet, l-Anġlu tal-Paċi stieden b’insistenza lir-ragħajja ż–żgħar biex jaduraw lil Alla, Trinità Qaddisa;
- fit-12 ta’ Mejju 1982, fil-Kappella tad-Dehriet, il-Papa Ġwanni Pawlu II lissen kliem ta’ qima lit-Trinità Qaddisa;
- il-Ġublew tas-sena 2000 kien iddedikat lit-Trinità Qaddisa.
Fit-12 ta’ Ottubru 2007, il-Knisja tal-I\jed Imqaddsa Trinità ġiet ikkonsagrata mill-Kardinal Tarcisio Bertone, s-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan u Legat tal-Papa Benedittu XVI, f’g]eluq taċ-ċelebrazzjonijiet b’tifkira tad-90 Anniversarju tad-Dehriet tal-Madonna ta’ Fatima.
No comments:
Post a Comment