Luċija tirrakonta fil-Memoirs tagħha:
Kif diġa għidt dak li ġara f’dan il-jum, jien m’hinix se ndum fuqha hawnhekk, iżda se ngħaddi għad-Dehra li, fl-opinjoni tiegħi, ġrat fil-15 fil-għaxija. Billi dak iż-żmien kont għadni ma nafx nikkalkula il-jiem tax-xahar, jista’ jkun li għandi żball. Iżda jien għadni bl-idea li dan ġara fl-istess jum meta wasalna lura minn Villa Nova de Ourem.
Kont akkompanjata minn Franġisku u ħuh Ġanni. Konna nirgħu in-nagħaġ f’post jgħidulu Valinhos, meta ħassejna xi ħaġa sopranaturali riesqa u tagħlaqna ġo fiha. Billi ħsibna li l-Madonna kienet se tidhrilna, u ħassejna sogħba jekk Ġaċinta setgħet ma tarahiex, aħna tlabna lil ħuha Ġanni biex imur jgħidilha tiġi. Billi hu ma riedx imur, jien offrejtlu żewġ muniti żgħar, u telaq jiġri.
Sadattant, Franġisku u jien rajna l-leħħa tad-dawl, li aħna sejjaħnielu beraq. Ġaċinta waslet, u waqt wara, rajna l-Madonna fuq is-siġra tal-ballut.
“Xi trid minni?”
“Irridek li tibqa’ tmur fil-Cova da Iria fit-13, u li tkompli titlob ir-Rużarju kuljum. Fl-aħħar xahar, jien se nwettaq miraklu sabiex kulħadd ikun jista’ jemmen.”
“Xi trid li jsir bil-flus li n-nies iħallu fil-Cova da Iria?”
“Ġiegħel li jsiru żewġ kataletti. Wieħed għandu jinġarr minnek, Ġaċinta u żewġt ibniet oħra lebsin l-abjad; l-ieħor għandu jinġarr minn Franġisku u tlett itfal subien oħra. Il-flus mill-kataletti huma għall-“festa” tal-Madonna tar-Rużarju, u dak li jibqa’ għad jgħin għall-bini ta’ kappella li għandha tinbena hawnhekk.”
“Nixtieqek tfejjaq xi persuni morda.”
“Iva se nfejjaqhom matul is-sena.”
Imbaghad b’bixra mnikkta ħafna, il-Madonna qalet:
“Itolbu, itolbu ħafna, u għamlu sagrifiċċji għall-midinbin; għax ħafna erwieħ imorru l-infern, għax m’hemm ħadd biex jissagrifikaw ruħhom u jitolbu għalihom.”
U hi bdiet tiela’ lejn il-lvant.
Fit-13 ta’ Awwissu 1917, waqt li t-tfal kienu sejrin fil-Cova da Iria, huma n]atfu mill-amministratur tal-belt li ]adhom f’Vila Nova de Ourem, fejn \ammhom maqfulin. G]alhekk id-dehra ma se]]itx dak in-nhar, i\da se]]et il-}add ta’ wara, 19 ta’ Awissu, wara li kienu [ew lura mill-]abs.
Fir-rakkont tagħha, Luċija hija żbaljata li taħseb li d-Dehra seħħet fl-istess jum li fih ġew lura mill-ħabs f’Villa Nova de Ourem. Dan mhux korrett. Id-Dehra seħħet il-Ħadd ta’ wara, 19 ta’ Awissu.
No comments:
Post a Comment