Fatima - Id-Dehriet ta’ l-Anġlu fl-1916

Qabel id-dehriet tal-Madonna, it-tfal ta’ Fatima, ir-Rag]ajja \-\g]ar kellhom tlett dehriet ta’ l-Anġlu.

 

 

L-ewwel Dehra tal-Anġlu

Luċija tirrakonta li waqt li hija flimkien ma’, Franġisku u Ġaċinta kienu qegħdin jilgħabu, dehrilhom żagħżugħ ta’ xi erbatax il-sena, li kien abjad iktar mis-silġ, u trasparenti bħall-kristall meta tiddi x-xemx minn ġo fih, u sabiħ ħafna.  Meta wasal ħdejhom qalilhom “La tibżgħux: Jiena l-Anġlu tal-Paċi.  Itolbu miegħi.
Waqt li niżel għarkubtejh, tbaxxa sakemm ġbinu mess l-art, u ġagħlhom jirrepetu għall-tlett darbiet il-kliem: -
Alla tiegħi, jiena nemmen fik, jiena nadurak, nitma fik u nħobbok!  Nitolbok maħfra għal dawk li ma jemmnux fik, ma jadurawkx, ma jittamawx fik u ma jħobbukx.”
Dawn il-kliem baqgħu stampati f’moħħhom tant li ma setgħux jinsewhom.  Minn dak in-nhar il-quddiem kienu jgħaddu ħinijiet twal, baxxuti bħalma għamel l-anġlu, jirrepetu kliemu, sakemm xi kultant kienu jaqgħu ma’ l-art, mifnijin.    
It-Tieni Dehra tal-Anġlu
Kien għadda ftit taż-żmien mill-ewwel dehra.  Ġurnata waħda waqt li t-tlett itfal kienu qegħdin jilgħabu, f’daqqa waħda, raw maġenbhom lil Anġlu li staqsihom: ‘X’intom tagħmlu?  Itolbu, itolbu ħafna ħafna!  Il-qlub imqaddsa ta’ Ġesu u ta’ Marija għandhom pjanijiet ta’ ħniena fuqkom.  Offru kontinwament talb u sagrifiċċji lil Aktar Għoli.”
Luċija staqsiet: -  “Kif nistgħu nagħmlu sagrifiċċji?”
Għamlu sagrifiċċju b’kull ħaġa li tistgħu, u offruh lil Alla bħala att ta’ tpattija għad-dnubiet li bihom huwa offiż, u bħala talba ħerqana għall-konverżjoni tal-midinbin.  B’hekk intom iġġibu l-paċi għall-pajjiżkom.  Jiena l-anġlu Kustodju tagħha, l-anġlu tal-Portugal.  Fuq kollox, aċċettaw u sofru bis-sabar, it-tbatijiet li l-Mulej jibgħatilkom.”

 

It-Tielet Dehra tal-Anġlu

Kien għadda ħafna żmien mit-tieni dehra ta’ l-Anġlu meta ġurnata waħda it-tlett itfal niżlu għarkubtejhom bi ġbinhom imiss ma’ l-art, u waqt li kienu jirrepetu t-talba ta’ l-anġlu: “Alla tiegħi, jiena nemmen fik, nadurak, nitma fik u nħobbok ….” dawl mhux tas-soltu idda fuqhom.  Huma qamu biex jaraw x’kien qed jiġri u raw l-Anġlu.  Hu kellu f’idu kalċi f’idejh ix-xellugija, b”Ostja sospiża il fuq minnu li minnha waqgħu ftit qtar tad-demm fil-kalċi; filwaqt li ħalla l-kalċi sospiż fl-arja, l-anġlu niżel għarkubtejh maġenbhom u ġgħalhom jirrepetu tlett darbiet: -
L-iktar Imqaddsa Trinita, Missier, Iben u Spirtu s-Santu, jiena nadurak profondament, u noffrilek il-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinita l-iktar prezzjużi ta’ Ġesu Kristu, li jinsabu fit-tabernakli kollha tad-dinja, bi tpattija għall-profanazzjonijiet, sagrileġġi u indifferenza li bihom huwa offiż.  U għall-merti nfiniti tal-Qalb l-iktar imqaddsa tiegħu, u l-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, jiena nitolbok il-konverżjoni tal-imsejkna midinbin.”
Imbagħad, filwaqt li qam, ħa f’idejh il-Kalċi u l-Ostja u ta l-Ostja mqaddsa lil Luċija, u qassam id-Demm mill-kalċi bejn Ġaċinta u Frnaġisku, filwaqt li qal: “Ħudu u ixorbu il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesu Kristu, ddisprezzat ħafna minn nies ta’ qalb iebsa!  Għamlu tpattija għal atti ħżiena tagħhom u farrġu lil Alla.”
Għal darb’oħra, mixħut ma’ l-art huwa rrepeta magħhom għal tlett darbiet oħra, l-istess talba “Trinita l-aktar qaddisa ….” u imbagħad sparixxa.  Huma damu għal ħin twil f’din il-pożizzjoni, jirrepetu l-istess kliem għal ħafna drabi.

No comments:

Post a Comment